|
Merħba fis-sit elettroniku tal-Parroċċa Kristu Re - Paola |
|
|
MESSAĠĠ TAL-KAPPILLAN
Għeżież,
Nagħtikom merħba f'dan is-sit tal-Parroċċa Kristu Re www.paolakristure.com .
Nittama li b'dan is-servizz nistgħu nkunu ta' għajnuna għalikom f'dik li hija informazzjoni aġġornata dwar il-ħajja pastorali tal-Parroċċa fis-servizzi u l-attivitajiet kollha tagħha.
Kristu Sultan tagħna jberikkom.
Kan Dun Vinċenz Cachia Kappillan
X'INHI PARROĊĊA... “Il-Parroċċa bħala ċentru ta’ evanġelizzazzjoni tkompli tkun valida u meħtieġa (għax) hija l-post fejn l-Isqof hu rappreżentat mill-Kappillan (kif ukoll) il-post fejn issir il-laqgħa ma’ Kristu Ħaj, xhud ta’ Ommna l-Knisja li dejjem tfittex u tieħu ħsieb ’l uliedha.” - Is-Sinodu ta’ l-Isqfijiet
IL-PARROĊĊA KRISTU RE - PAOLA INFORMAZZJONI ĠENERALI Raħal Ġdid sar parroċċa għalih fl-1910 u dak iż-żmien il-knisja parrokkjali kienet dik ta' Santa Ubaldeska, li l-Gvern kien taha lill-Knisja: avolja saret estenzjoni, baqgħat żgħira wisq għan-nies li bdew imorru joqogħdu f'Raħal l-Ġdid u għalhekk inbniet knisja ġdida li ġiet dedikata lil Kristu Rè.
|
AKTAR GĦAJNUNA GĦALIK... Ä Grupp Zgħazagħ Quddiesa tal-Ħadd Ä Informazzjoni dwar Raħal Ġdid
DATA TA' DEDIKAZZJONI 3 ta' Ġunju 1967
NUMRU TAL-PARRUĊĊANI
NUMRU TAL-FAMILJI
PRESBITERJU
PARROKKJALI
Dun John Barry |