|
Għeżież,
Bl-għajnuna t’Alla bdejna s-sena 2009, is-sena
tal-bidu taċ-Ċelebrazzjonijiet ta’ l-Ewwel Ċentinarju tal-Parroċċa
(Novembru 21/22); u is- Sena tal-Vista Pastorali ta’ Mons Arċisqof Pawl
Cremona fil-parroċċa tagħna (Ġunju/Lulju). Ċertament hija sena mportanti
ħafna għalina lkoll, membri ta’ din il-parroċċa.
Aħna l-Maltin nhedew niċċelebraw, u l-Pawlisti
mhux b’inqas. Pero’ irridu noqgħodu ħafna attenti li meta niġu biex
niċċelebraw ġrajjiet mportanti bħal dawn aħna jkollna preparazzjoni
spiritwali u kateketika tajba. X’jiswa li nifirħu bl-Arċisqof fostna għal
Ġimgħa sħiħa jekk ma nemmnux jew ninsew li dak hu l-bniedem mgħażul minn
Alla biex jgħallimna u jmexxina fil-ħajja nisranija! X’jiswa jekk li
jgħallem ma nagħtux widen tiegħu, jew nopponuh, jew nirribellaw kontra
d-direttivi tiegħu? X’jiswa li niċċelebraw ċentinarju tal-parroċċa, u
l-parroċċa ma nħobbuhiex, ma nafux xi tfisser, ma naħdmux għall-għaqda fiha
u ma nkunux membri denji u nsara tassew fi ħdanha?
|