Kummissjonijiet u Għaqdiet fil-Parroċċa

 

 

STRUTTURI U KUMMISSJONIJIET

 

Kunsill Pastorali Parrokkjali

Kunsill Ekonomiku Parrokkjali

 

Kummissjoni Implimentazzjoni Sinodu

Kummissjoni Pubblikazzjonijiet

Kummissjoni Festa Kristu Re

Kummissjoni Ġimgħa l-Kbira u l-Irxoxt

 

Kummissjoni Kateketika

Soċjeta tad-Duttrina Nisranija (MUSEUM) - Subien

Soċjeta tad-Duttrina Nisranija (MUSEUM) - Bniet

 

Kummissjoni Liturġika

Grupp Abbatini

Kor HALLELUJAH

Grupp Ħbieb tat-Tempju

 

Kummissjoni Djakonija

Grupp Anzjani

Grupp Persuni bi bżonnijiet speċjali

Servizz ta' Tqarbin lill-morda u l-anzjani

Morda fi djar residenzjali u fl-isptarijiet

Faraġ għall-familji li tilfu lil xi ħadd għażiż

 

Kummissjoni Żgħażagħ

Grupp Quddiesa 7:30pm

Paola Youth Centre

Żgħażagħ Azzjoni Kattolika (ŻAK)

 

Kummissjoni Familja

 

Żona Għajn Dwieli - Knisja Sant' Antnin

Attivitjajiet

L-Ordni Franġiskan Sekular

Grupp Tiġdid Kariżmatiku 'Marija Omm Alla'

Kor Laudate Dominum

Grupp Abbatini

 

 

 

GĦAQDIET

 

Moviment ta' Kana

The Mother and Baby Club

 

Gruppi Familji Nsara (Kana)

Grupp Vokazzjonijiet

Gruppi Indafa fil-Knisja

Ċelloli Parrokkjali għall-Evanġelizazzjoni

Azzjoni Kattolika - Adulti

Grupp Tiġdid Kariżmatiku 'El Shaddai'

 

Legion of Mary

Praesidium Irġiel 'Omm Kristu Re'

Praesidium Nisa 'Maria Bambina'

Praesidium Nisa 'Għarusa ta' San Ġużepp'

 

Mixja Neokatekumenali

 

Grupp Adorazzjoni Bil-Lejl/Talb għall-vokazzjonijiet fil-Familji

Grupp ta' Talb - 'Fejn l-Aħwa jiltaqgħu flimkien'

Grupp ta' Talb - San Padre Pio

Grupp ta' Talb - Adorazzjoni u Tagħlim

 

Appostolat tal-Ħniena Divina

Rużarju Ħaj

 

 

KUNSILL PASTORALI PARROKKJALI (K.P.P.)

  

B’mod ko-responsabbli jistudja, jipprogramma, jesegwixxi u jagħmel evalwazzjoni tal-ħidma pastorali tal-Komunità Parrokkjali.

 

Iffurmat minn:

 

President:  

Rev. Kappillan Kan. Dun Vincenz CACHIA

Tel. 21695022

Chairman: 

Alfred J. CHETCUTI                

Tel. 21666792

Segretarja: 

Josephine FRENDO  

Tel. 21677312

Asst. Segretarja:                 

M’Anne ABELA    

Tel. 21696761

P.R.O.:      

Vincent GILSON                                

Tel. 21801523

 

Membri:      Is-Saċerdoti li jaħdmu fil-Parroċċa; Rappreżentanti tal-Kunventi Reliġjużi; Patrijiet Kappuċċini u Sorijiet ta’ St. Joseph; Rappreżentant ta’ kull Għaqda Reliġjuża: A.K.M.,  Legion of Mary,  Moviment Tiġdid Kariżmatiku, Ċelloli Parrokkjali għall-Evanġelizazzjoni, M.U.S.E.U.M., Żgħażagħ Azzjoni Kattolika, Mixja Neo-Katekumenali, Moviment ta’ Kana, Rappreżentanza ta’ Kummissjonijiet / Kumitati Parrokkjali u Żoni Parrokkjali, Żgħażagħ Quddiesa 7.30pm, Kummissjoni Ġimgħa l-Kbira, Kummissjoni Festa Kristu Re, Żona ta’ Għajn Dwieli, u lajċi magħżula mill-Kappillan.

 

mur lura

 

 
 

 

KUNSILL EKONOMIKU PARROKKJALI (K.E.P.)

 

Jgħin fil-ħarsien u fl-amministrazzjoni tal-ġid tal-Parroċċa, bil-pariri tiegħu u bil-ħidma prattika li jorganizza.

Dan il-grupp jassigura d-dħul finanzjarju meħtieġ għall-ħidmiet pastorali u għall-bżonnijiet l-oħra tal-Parroċċa.

 

President:  

Rev. Kappillan Kan. Dun Vincenz CACHIA

Tel. 21695022

Membri:

Adrian CUTAJAR

 

 

Lino BARTOLO

 

mur lura

 

 

 

KUMMISSJONI IMPLIMENTAZZJONI SINODU (K.I.S.)

 

Taħdem id f’id mal-Kappillan biex tiffacilita l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet li ħarġu mis-Sinodu biex dawn ikunu jistgħu jitwettqu fil-Parroċċa.

Il-Kummissjoni għandha d-dmir li tanima lill-Kunsill Pastorali Parrokkjali:

  • fl-animazzjoni tal-komunità parrokkjali biex tkun iffurmata fil-valuri tas-Sinodu;

  • fit-twassil tal-messaġġ tad-dokumenti tas-Sinodu;

  • fit-twettiq tad-deċiżjonijiet tas-Sinodu;

  • fit-tħejjija tal-Assemblea Parrokkjali li ssir kull sena f’Ottubru-Novembru;

  • fit-tħejjija tal-Pjan Parrokkjali.

Membri: Il-Kappillan, Mario AQUILINA, Jane ATTARD, Edward TAGLIAFERRO, Josephine FRENDO.        

 

mur lura

 

 

 

KUMMISSJONI PUBLIKAZZJONIJIET (K.P.)

 

IS-SALTNA’ hija publikazzjoni ta’ kull xahar li titqassam lill-familji kollha tal-Parroċċa ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid, biex toħloq djalogu bejn il-parroċċa u l-parruċċani u biex jitkabbar is-sens ta’ komunità.  Fiha jingħata tagħrif ta’ dak kollu li jkun qed jiġri fil-ħajja tal-parroċċa.  Għall-Festa Titulari, f’Lulju, toħroġ Ħarġa Speċjali tal-okkażjoni.     

 

Bord Editorjali:

Il-Kappillan Kan. Dun Vincenz CACHIA u Alfred J. CHETCUTI

Distribuzzjoni: John DEGUARA u Joe CASSAR      

Reklami: Ġoma ATTARD                             Tel. 21677268/27677268

 

DIRETTORJU/DJARJU PARROKKJALI’ hija publikazzjoni oħra tal-Kummissjoni Publikazzjonijiet (KP) tal-parroċċa ta’ darba fis-sena li titqassam b’xejn lill-familji kollha ta’ Raħal Ġdid b’turija ta’ stima u bħala servizz lill-komunità.

 

Bord Editorjali:

Il-Kappillan Kan. Dun Vincenz CACHIA u Alfred J. CHETCUTI

Kumpilazzjoni u layout: Rose PICCININO

Distribuzzjoni: John DEGUARA u Joe CASSAR      

Reklami: Ġoma ATTARD                             Tel. 21677268/27677268

 

mur lura

 

 

 

KUMMISSJONI FESTA KRISTU RE (K.F.K.R.)

 

L-għan ta’ din il-Kummissjoni hi li torganizza l-aspetti kollha li għandhom x’jaqsmu mal-festi titulari esterni u festi oħra matul is-sena. 

  • Tiġbor fondi ħalli jkunu jistgħu jsiru opri ġodda u jitħallsu l-ispejjeż.

  • Torganizza laqgħat soċjali u reliġjużi għall-membri, helpers u ħbieb.

Jiltaqgħu darba fix-xahar u ffurmata minn:

 

Presidenti Onorarji:  

Rev. Mons. Anton GOUDER,

Rev. Propostu Dun Anton CASSAR,

Rev. Kappillan Dun Noel VASSALLO

 

President:  

Rev. Kappillan Kan. Dun Vincenz CACHIA

Tel. 21695022

Segretarju: 

John ABELA    

Mob. 79537359

Asst. Seg.:   

Stephen ATTARD    

Mob. 79059588

Kaxxier: 

Joseph CHETCUTI    

Mob. 99430842

Asst. Kaxxier:

Eman CAMILLERI

Mob. 99214252

                                    

Il-Kummissjoni fiha membri oħrajn li jmexxu d-diversi setturi ta’ ħidma.

 

mur lura

 

 

 

KUMMISSJONI ĠIMGĦA L-KBIRA U L-IRXOXT (K.Ġ.K.)

 

Torganizza dawn l-attivitajiet ta’ żmien ir-Randan u l-Għid il-Kbir:

  • Pellegrinaġġ ta’ Ras ir-Randan

  • Via Sagra barra bl-Istatwa tar-Redentur

  • Pellegrinaġġ bl-istatwa ta’ Marija Addolorata

  • Il-Purċissjoni bl-istatwi tal-Ġimgħa l-Kbira

  • Il-Purċissjoni ta’ Kristu Rxoxt.

Jiltaqa’ skond il-bżonn u huwa ffurmat minn:

 

President:  

Rev. Kappillan Kan. Dun Vincenz CACHIA

Tel. 21695022

Chairperson:

Alfred J. CHETCUTI 

Tel. 21666792

Segretarju: 

Lawrence ATTARD   

Tel. 21802117

Kustodju: 

John DEGUARA   

Tel. 21693838

Organizzaturi:

Jesmond SEYCHELL u Mario VELLA

 

 

Membri:    Delegati ta’ kull vara, żewġ delegati tal-vestwarju u helpers.       

 

mur lura                                    

 

 

 

KUMMISSJONI KATEKETIKA (K.K.)

 

Din il-Kummissjoni tara li l-katekeżi (mhux tat-tfal biss) tkun edukazzjoni profonda u iżjed matura tal-fidi, ikollha d-dinamiżmu neċessarju u influss reali fuq il-ħajja personali, familjari u soċjali.  Tieħu ħsieb il-laqgħat  ‘Mixja ta’ Fidi - Tagħlim għall-kbar’  (Katekeżi għall-Kbar), u tikkordina l-katekeżi li jsir fi gruppi żgħar.

  • Tara li jkollha, skond il-ħtieġa, għadd ta’ katekisti mħejjija sewwa għat-tagħlim, u jkunu mqassmin skond il-preparazzjoni: min għall-kbar, min għaż-żgħar, min għaż-żgħażagħ, min għall-familja.

  • Tqis li tilħaq il-periferija tal-parroċċa (Żoni).

  • Iżżomm kuntatt regolari mal-għalliema tar-reliġjon u r-Religious Counsellors.

  • Tieħu ħsieb il-ġenituri fit-tħejjija tas-sagramenti ta’ wliedhom.

IImexxi: Kan. Dun Vincenz CACHIA, Kappillan, Is-Superjur tal-fergħa tas-Subien tal-MUSEUM is-Sur Carmel CARUANA, u s-Superjura tal-fergħa tal-Bniet tal-MUSEUM, Ms. Annie THAKE.

 

 

SOĊJETA TAD-DUTTRINA NISRANIJA (M.U.S.E.U.M.) ― Qasam tal-Ġuvintur u Tfal

27 Triq l-Arkata, Paola PLA 1219.

Tel. 21801561 

E-mail: paola@sdcmuseum.org

 

Superjur: Carmel CARUANA       

Skop: Katekiżmu għal kull età.

 

Attività:

Għas-subien bejn il-5 u l-10 snin:

Tagħlim għal Ħajja Nisranija li jwassal għas-Sagramenti tal-Ewkaristija u l-Griżma tal-Isqof.

Nhar ta’ Tnejn u l-Ħamis mis-5.45pm sas-6.30pm.

 

Għas-subien minn 11-14-il sena:

Kuljum fis-6.45pm u kull nhar ta’ Ħadd fl-10.45am. 

 

Il-klassijiet huma mqassmin hekk:

                          11-12-il sena.......         Klassi Preparatorja

                          12-14-il sena.......         Klassi Magħżulin

                          14-il sena ’l fuq...         Klassi Aspiranti.

 

Barra t-tagħlim tal-katekiżmu jkollhom attivitajiet oħra get-togethers,

ħarġiet u weekends flimkien.

 

Għall-ġuvintur Soċi u Kandidati 16-il sena ’l fuq, kuljum ikollhom l-‘Assenjatur’, jiġifieri laqgħat ta’ tagħlim ta’ Teoloġija, u ta’ Talb fit-8.00pm, kif ukoll kull nhar ta’ Ħadd fil-11.00am u fit-3.00pm.

 

Laqgħat tal-barranin jibdew fit-Tieni Ħadd t’Ottubru sal-aħħar Ħadd t’April fis-7.00pm (fil-Kappella tal-MUSEUM tal-Bniet).

  

 
 

 

SOĊJETA TAD-DUTTRINA NISRANIJA (M.U.S.E.U.M.) ― Qasam tax-Xebbiet u Tfal Bniet

17 Triq Santa Monika, Paola PLA 1221.      

Tel. 21825976  Mob: 79912340          

E-mail: socinterni@onvol.net

 

Superjura: Ms. Annie THAKE.

Skop: Katekiżmu għal kull età.

 

Attività:

Għall-bniet bejn il-5 u t-12-il sena:

Fil-Mużew fi Triq Santa Monika mill-5.00 sas-6.00pm.

Tagħlim tad-duttrina għas-Sagramenti tal-Preċett u tal-Griżma.

It-Tnejn u l-Ħamis: Kinder, l-I sena, it-II sena, it-III sena;

L-Erbgħa u l-Ġimgħa:   Ir-IV sena, il-V sena u s-VI sena.      

 

Għat-tfajliet ta’ wara l-Griżma (12 sa 14-ilsena):

Min ikollu t-Tnejn u l-Ħamis u min ikollu l-Erbgħa u l-Ġimgħa inkluż il-Ħadd, u xi ġranet oħra meta jkollhom crafts jew kitarra.

             

Il-klassijiet huma mqassmin hekk:

                                      12 sa 14-il sena.......     Klassi Magħżulin

                                      14-sa 16-il sena.......    Klassi Aspiranti.

             

Minn 14-il sena ’l fuq, ikollhom kuljum.

 

Barra t-tagħlim tal-Katekiżmu jkollhom attivitajiet oħra bħal handcrafts, mużika, plays, get-togethers, kitarra, laqgħat, ħin ta’ rikreazzjoni, live-ins, u ħruġ flimkien.

 

Għax-Xebbiet Soċi u Kandidati kuljum ikollhom 60 minuta ‘Assenjatur’, li jikkonsisti f’Talb, Kant, Studju f’tagħlim ta’ Teoloġija Dommatika Morali, Liturġija, Bibbja, Kateketika, Storja tal-Knisja, Spiritwalità, Attwalita, eċċ. mis-6.30pm sas-7.30pm.  Darba fix-xahar isir weekend irtir.

 

mur lura

 

 

 

KUMMISSJONI LITURĠIKA (K.L.)

 

Responsabbli mill-animazzjoni tal-ħajja liturġika b’mod illi l-komunità kollha tieħu sehem attiv fiċ-ċelebrazzjonijiet kollha, mill-kant liturġiku u popolari, mill-għażla u l-formazzjoni tal-letturi, mill-formazzjoni tal-abbatini, kif ukoll mill-formazzjoni u l-edukazzjoni liturġika

 

Iffurmata minn:

 

Chairperson:

Dun Vincenz DEGUARA     

Tel. 21693859

Segretarja: 

Josephine FRENDO  

Tel. 21677312

Membri:

Vincent GILSON (Abbatini u Animaturi)

Emma MUSCAT (Letturi)

Josephine FRENDO (Ministri Straordinarji tat-Tqarbin)

Joe CASSAR (Ħbieb tat-Tempju)

Rose PICCININO (Kor Parrokkjali)

Alfred CHETCUTI (Ushering)

 

       

GRUPP ABBATINI

Grupp li jagħti servizz li jixraq lill-Artal bħala Abbatini.

Jiltaqgħu kull nhar ta’ Sibt fl-4.30pm għal-laqgħa.

Isiru wkoll provi tas-servizz fil-Knisja.

 

Direttur 

Rev. Kappillan Kan. Dun Vincenz CACHIA

Tel. 21695022

Viċi-Direttur:    

Vincent GILSON                              

Tel. 21801523

 

KOR HALLELUJAH

Jieħu ħsieb ikanta fil-Knisja Parrokkjali.  Jieħu sehem flimkien     mal-orkestra fil-festa ta’ Kristu Re kemm f’Novembru, kif ukoll       fit-tridijiet u fil-Festa fir-Raba’ Ħadd ta’ Lulju.  Il-membri tal-kor ikantaw ukoll fil-quddies ta’ matul il-ġimgħa, u fil-quddiesa tas-Sibt      filgħaxija.

 

Direttur Mużikali:

Rose PICCININO  

 Tel. 21692365

Direttur Eżekuttiv:   

Emanuel AXIAQ          

 Tel. 27665385

         

GRUPP ĦBIEB TAT-TEMPJU

Magħmula minn voluntiera rġiel li jgħinu fil-preparazzjoni meħtieġa għall-funzjonijiet, maintenance u armar tal-Knisja.

 

mur lura

 

 

 

KUMMISSJONI DJAKONIJA (K.D.)

 

Djakonija hi servizz ta’ qadi b’imħabba lejn dawk li huma fil-bżonn, kif ukoll ħidma għall-ġustizzja.  Trid tqanqal kuxjenza fos il-membri tal-komunità nisranija dwar ir-responsabbiltà tagħhom li jgħinu lil dawn fosthom li jkunu fil-bżonn.

 

President

Rev. Kappillan Kan. Dun Vincenz CACHIA

Tel. 21695022

Segretarja: 

Carmelina DEBONO         

Tel. 21693141

Membri: 

MaryAnn ABELA,

Mario AQUILINA,

Rose BUHAGIAR,

Rev. Vincenz DEGUARA,

Josephine FRENDO,

Pauline SAMMUT.

 

 

GRUPP ANZJANI

Jikkoordina l-ħidma fost l-anzjani.  Jorganizza ħarġiet u laqgħat kull ħmistax (il-Ħamis).

 

Leader: 

Rose BUHAGIAR 

Tel. 21662845

Segretarja: 

Josette SCHEMBRI        

Tel. 21677837

Co-Leader:    

Ines BRINCAT   

Tel. 21824873

Membri:    

Joyce ABELA,

Mary CAMILLERI,

Evelyn CARUANA,

Kitty ELLUL,

Carmelina FARRUGIA,

Mary GRECH,

Josephine GRIMA,

Doris PULIS,

Melvia SCERRI.

 

 

GRUPP PERSUNI BI BŻONNIJIET SPEĊJALI

Għajnuna lir-Rehabilitation Centre ta’ Kordin, u persuni b’diżabilità u l-familji tagħhom fil-parroċċa. Kuntatt u sapport lil familji fl-eventwalià li tkun ser titwieled tarbija b’diżabiltà , li jkompli fis-snin ta’ wara.

 

Pauline SAMMUT          Tel.21693106  E-mail: polsam@maltanet.net

 

Servizz ta’ TQARBIN lill-morda u ’l-anzjani

Josephine FRENDO

Tel. 21677312

                                      

MORDA fi Djar Residenzjali u fl-Isptarijiet

Rev. Dun Vincenz DEGUARA  

Tel. 21693859

 

Faraġ għal FAMILJI li tilfu lil xi ħadd għażiż

MaryAnn ABELA 

Tel. 21696761

Mario AQUILINA   

Tel. 21663038 

 

mur lura

 

 

 

KUMMISSJONI ZGĦAŻAGĦ (K.Ż.)

 

Responsabbli li tikkoordina l-ħidmiet tal-għaqdiet reliġjużi taż-żgħażagħ, biex jaħdmu flimkien fil-parroċċa.  Iffurmata minn membri tal-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ, u miż-Żgħażagħ Azzjoni Kattolika, mill-Grupp Quddiesa 7.30pm u minn Direttur Spiritwali.

         

GRUPP QUDDIESA 7.30pm

Il-grupp huwa responsabbli li jorganizza l-quddiesa li tappella għaż-żgħażagħ kull nhar ta’ Ħadd fis-7.30pm.

Direttur Spiritwali: Dun Keith Scicluna

 

PAOLA YOUTH CENTRE

145 Pjazza Antoine De Paule, Paola PLA 1261       

Tel. 21821521

 

Skop: Għaqda reliġjuża li tgħin liż-żgħażagħ jiżviluppaw fi grupp permezz tal-valuri nsara. 

Laqgħat għal:

Membri 12 sa 15–il sena: nhar ta’ Ġimgħa mis-7.30pm sad-9.30pm

Membri 15 sa 16–il sena: nhar ta’ Ġimgħa mill-5.30pm sas-6.30pm

 

Iċ-Ċentru jipprepara liż-żgħażagħ biex iħaddnu aktar responsabbiltà fis-soċjetà f’ambjent informali.  Joħorġu newsletter ta’ kull xahar.  Filwaqt li tingħata ħafna importanza l-laqgħa ta’ formazzjoni, jiġu organizzati ukoll live-ins, hikes, talent shows, ikliet, summer camps eċċ.  Fil-Milied isiru attivitajiet li jferrħu kategoriji ta’ nies differenti, waqt li fi żmien l-Għid issir ikla Lhudija.

 

Leaders:

Godwin u Mariella PULÈ,

Conrad u Josephine TREEBY WARD,

Conrad VASSALLO,

Vincienne DEBONO.

Direttur Spiritwali:

Dun Keith Scicluna

 

ŻGĦAŻAGĦ AZZJONI KATTOLIKA (ŻAK)

10 Pjazza Antoine De Paule, Paola PLA 1261         

Tel. 79310231

(ħdejn il-Catholic Book Centre)

 

Skop:

L-Għan taż-ŻAK huwa li jofri formazzjoni sħiħa - personali, soċjali u spiritwali tal-individwu, biex b'hekk ikun jista’ jiżviluppa     l-identità tiegħu u jibni relazzjonijiet ma’ Alla u mal-ohrajn.  Il-Grupp taż-ŻAK jipprovdi opportunità fejn wieħed jibni ħbiberija, jista’ joħloq u jipparteċipa f’attivitajiet varji, filwaqt li jkabbar il-ħiliet tiegħu.

 

Laqgħat għal żgħażagħ minn 16 sa 17-il sena:

Nhar ta’ Erbgħa mis-5.45pm sas-6.45pm

Nhar ta’ Ġimgħa mis-6.00pm sas-7.00pm

 

 

Leaders:

Annushka FALZON,

Vincienne DEBONO u

Gabrielle DEBONO.

Direttur Spiritwali:

Dun Keith Scicluna

 

mur lura

 

 

 

KUMMISSJONI FAMILJA (K.F.)

 

Ħidma għall-familji diġa ffurmati – prevenzjoni tal-problemi – konsolidament tal-familji b’saħħithom.  Kura tal-familji fid-diffikultà jew problemi (ħidma flimkien mal-Kummissjoni Djakonija).  Ħidma ta’ tħejjija għaż-żwieġ.  Konsolidament tal-konsultorju - Dar ta’ Kana.  Konsolidament Gruppi Familji Nsara.  Organizzazzjoni tal-Laqgħat Namrati ‘Going Steady’.

 

Direttur Spiritwali:

Rev. Kappillan Kan. Dun Vincenz CACHIA

Tel. 21695022

Chairperson:

Edward TAGLIAFERRO

Tel. 21807497

Segretarja:  

Marianne Aquilina 

Tel. 21663038

Membri

Anita TAGLIAFERRO,

Mario AQUILINA,

Marianne ABELA (liaison mad-Dar ta’ Kana, Paola),

Paul u Marianne ABDILLA,

Samwel u Marcelle BONNICI (inkarigati mill-Kors ta’ Kana),

Godwin u Mariella PULÈ,

Peter u Georgina CACHIA,

Godfrey u Isabelle SCICLUNA,

Gaetano u Mary Bugeja (inkarigati        mis-Seminars qabel iż-Żwieġ).

mur lura

       

 

 

MOVIMENT TA’ KANA 

147 Triq Bormla, Paola         

Tel. 21828812

 

Skop:

Servizz lill-familja permezz ta’ korsijiet, laqgħat, taħdidiet u pariri minn Counsellors u Avukat.

 

Id-Dar ta’ Kana miftuħa kuljum:

minn Ottubru sa Ġunju mill-5.00 - 6.00pm

minn Lulju u Settembru mill-5.30 - 6.30pm

 

Attività:

Servizz ta’ pariri fid-Dar ta’ Kana; kull nhar ta’ Tlieta, jew meta tinqala’ l-ħtieġa, jingħata servizz ta’ counselling; kull ħmistax, nhar ta’ Ġimgħa, jingħata servizz ta’ għajnuna legali minn Avukat; korsijiet ta’ tħejjija għaż-żwieġ – ‘Ippjanar tal-Familja’, Parental skills, Eżerċizzi Spiritwali tar-Randan, Laqgħat għall-koppji; playgroups immexija mill-Mother & Baby Club (nhar ta’ Tlieta u l-Ġimgħa filgħodu), Mother & Child classes u Support groups.

 

President:

C. BORG        

Tel. 21693734

Segretarja:

M’Anne ABELA      

maabela53@melita.com

Tel. 21696761 / 79062332

Direttur Spiritwali:

Dun Joe MIZZI  

Tel. 21238068 / 21238942

                 

The Mother and Baby Club

Inkarigata: Josette GRECH      Tel. 21697549

 

Playgroups għal tfal bejn is-sena u t-tlett snin, akkumpanjati minn adult.  Jiltaqa’ fid-Dar ta’ Kana, Paola kull nhar ta’ Tlieta (minn Ottubru sa Ġunju) u jdum sagħtejn kull darba. Prezz: €19.

 

mur lura

 

 

 

GRUPPI FAMILJI NSARA (KANA)

 

Skop:

L-ispiritwalità taż-żwieġ fid-dawl tal-Kotba Mqaddsa, tat-tagħlim tal-Konċilju Vatikan ll, tad-Dokumenti tal-Knisja u ta’ dak li qiegħed jinkiteb fuq iż-żwieġ nisrani llum.

Iżjed koppji miżżewġa nsara jaċċettaw is-sejħa għal iżjed impenn fil-qasam tal-valuri li jibqgħu għal dejjem b’risq il-familja tagħhom u ta’ oħrajn.

         

Familja evanġelizzata hija familja evanġelizzatriċi’.

 

Grupp 1: Laqgħa darba fix-xahar is-7.15pm fl-Uffiċċju Parrokkjali.

Koppja Mexxejja: Godfrey u Isabelle SCICLUNA

Tel. 21677727/79008901        isabelle.scicluna@maltanet.net

 

Grupp 2: Laqgħa darba fix-xahar fis-7.30pm fid-Dar ta’ Kana, Triq Bormla, Paola.

Koppja Mexxejja: Mario u M’Anne AQUILINA

Tel. 21663038/79859333        chardon@onvol.net

 

mur lura

 

 

 

GRUPP VOKAZZJONIJIET

 

Grupp li jagħrbel l-attitudnijiet ta’ kull individwu u jara' jekk nibtitx xi vokazzjoni saċerdotali jew reliġjuża, jikkultivaha u jwassalha fi stadju avvanzat.

 

Għas-subien mill-Year 6 sa Form 3 jiltaqgħu fis-sala Parrokkjali darba fix-xahar is-Sibt fil-5.00pm.

Isiru wkoll laqgħat għal studenti minn Form 4 ’il fuq.

Imexxi l-laqgħat seminarista.

 

mur lura

 

 

 

GRUPPI INDAFA FIL-KNISJA

 

Gruppi ta’ voluntiera nisa jieħdu ħsieb l-indafa fil-Knisja u s-sbuħija tal-Artal Imqaddes. 

Nisa voluntiera jiltaqgħu kull nhar ta’ Tlieta fid-9.00am.

 

Ko-ordinaturi:

Maria FENECH

Tel. 21693561

 

Georgina CACHIA 

Tel. 21663102

                                               

mur lura

 

 

 

ĊELLOLI  PARROKKJALI GĦALL- EVANĠELIZAZZJONI

 

Laqgħat ta’ talb (Lectio divina) kull nhar t’Erbgħa.  Għan-nisa fil-kunvent tas-St. Joseph fl-4.30pm u għall-irġiel fiċ-Ċentru Agape fis-6:30pm; adorazzjoni darba fix-xahar kull tieni Tnejn tax-xahar fil-kappella tal-MUSEUM fis-6.30pm; żjarat lill-familji tal-parroċċa (bi ftehim mal-Kappillan); żewġ irtiri fis-sena, wieħed fl-Avvent u l-ieħor fir-Randan; kors ta’ aġġornament u talks fuq suġġetti attwali.

 

Għal iżjed informazzjoni, ċempel lil xi persuna minn dawn li huma fit-tim ta’ tmexxija:

 

Saviour ZAHRA  

Tel. 21662302; 79290774  

sam1@maltanet.net

Lina CHIRCOP   

Tel. 21804880; 99802973

 

Joe AQUILINA 

Tel. 21697402; 99838294

joeaquilina@nextgen.net.mt

Direttur Spiritwali: Patri Herbert Friggieri, S.J.

 

mur lura

 

 

 

AZZJONI KATTOLIKA  -  ADULTI

Ċirkolu ‘Maria Regina’

 

L-għan tal-għaqda huwa li l-Membri jingħataw formazzjoni spiritwali soda sew Bibblika, kif ukoll tagħlim fuq id-Duttrina tal-Knisja.  B’hekk ikunu xhieda ta’ Kristu u jwettqu l-appostolat sew fuq bażi individwali, kif ukoll fuq bażi Parrokkjali. 

Il-motto hu:  Talb  -  Ħidma  -  Sagrifiċċju.

 

Jiltaqgħu kull nhar ta’ Tnejn fis-6.45pm fiċ-Ċentru AGAPE.

Ikun hemm attivitajiet oħra fuq bażi ċentrali.

 

President Parrokkjali u Segretarja:

Josephine FRENDO     

Tel. 21677312

Ass. Ekklesjastiku:

Kan. Dun Mario AGIUS

 

      

mur lura

 

 

 

GRUPP TIĠDID KARIŻMATIKU  ‘EL SHADDAI’

 

‘El Shaddai’ hi frażi bl-Aramajk meħuda mit-Testment l-Antik li tfisser ‘Alla Qawwi’.

 

Skop:    

Ambjent fejn wieħed jista’ jagħraf kif jgħix bħala nisrani aħjar. Dan l-iskop jintlaħaq permezz ta’ laqgħat ta’ talb, kant u tifħir ’l Alla; talks minn kelliema magħrufa; qsim ta’ esperjenzi kif Alla jaħdem   fil-ħajja tagħna; qari u studju tal-Bibbja; għajnuna f’diffikultajiet personali u spiritwali.  Isiru wkoll irtiri.

Il-grupp hu miftuħ għall-persuni ta’ kull età.

 

Strutturi:

Music Ministry: Grupp ta’ nies li jieħdu ħsieb il-mużika fil-grupp u fil-quddies tat-8.00am il-Ħadd fil-Knisja Parrokkjali.

Intercession Team: Grupp ta’ nies li jiltaqgħu kull nhar ta’ Erbgħa biex jitolbu għall-bżonnijiet tal-gruppi tal-parroċċa. 

 

Attività:

Laqgħa nhar ta’ Tlieta fis-7.00pm fis-Sala l-Ġdida, Triq Ġużè Damato. Animazzjoni tal-Quddies tal-Ħadd fit-8.00am fil-Knisja Parrokkjali; quddiesa b’talb għal fejqan spiritwali u fiżiku fil-Knisja Parrokkjali fi żmien il-Festa ta’Kristu Re; seminars ‘Ħajja ġdida bl-Ispirtu s-Santu’ (kors ta’ tagħlim bażiku fuq il-ħajja nisranija), skont il-bżonn, bi ftehim mal-gruppi tar-reġjun; irtiri; outreaches fit-toroq tal-Parroċċa b’mod regolari.

 

Tmexxija: Service Team magħmul minn 3 persuni u Direttur Spiritwali.

Leader:

Lawrence FALZON

Tel. 27804132

 

mur lura

 

   
 

 

LEGION OF MARY

 

PRAESIDIUM IRĠIEL ‘OMM KRISTU RE’

42 Triq Ninu Cremona, Paola PLA 1576.

 

Skop: Imħabba lejn il-Madonna u l-Appostolat.

 

Attività:     

Laqgħa nhar ta’ Erbgħa fis-6.40pm; kuntatti u żjajjar fil-familji, billi nwasslu l-istatwa tal-Madonna u nħajru għall-Konsagrazzjoni tal-Qalb ta’ Ġesù u ta’ Marija, Quddies, Talb, Frekwenza tas-Sagramenti, trobbija tajba tal-ulied; reċita tar-Rużarju, żjajjar lill-morda u anzjani fid-djar u l-anzjani f’St. Vincent de Paule, kif ukoll iwettqu xogħol ieħor imqabbda mill-Kappillan.

 

President:

Alfred ZAMMIT  

Tel. 21825313

Segretarju:    

Alfred VELLA     

Tel. 21666077

Teżorier:    

Joseph DINGLI       

Tel. 21677329

Direttur Spiritwali:       

Mons. Edgar ATTARD    

Tel. 21697072

 

 

PRAESIDIUM NISA ‘MARIA BAMBINA’

Kunvent tas-Sorijiet tas-St. Joseph,

Triq Ħaż-Żabbar, Paola.

 

Skop: Imħabba lejn il-Madonna.

 

Attività:     

Laqgħa nhar ta’ Ġimgħa bejn id-9.15 u l-10.15am; kuntatti u żjarat fil-familji billi jwasslu l-istatwa tal-Madonna u jħajru għall-konsagrazzjoni tal-Qalb ta’ Ġesù u ta’ Marija; reċita tar-Rużarju; żjarat lill-morda u  fl-isptarijiet, kif ukoll iwettqu xogħol ieħor imqabbda mill-Kappillan.

 

Presidenta:

Pauline AGIUS

Tel. 21826546

Viċi-Presidenta:

Melina D’AMBROGIO  

Tel. 21829458

Segretarja:     

Mary CALLEJA     

Tel. 21690952

Teżoriera:

Helen ATTARD   

Tel. 21804891

Direttur Spiritwali:

Sr. Ġemma FARRUGIA 

 

 

PRAESIDIUM NISA ‘GĦARUSA TA’ SAN ĠUŻEPP’

Kunvent tas-Sorijiet tas-St. Joseph,

Triq Ħaż-Żabbar, Paola.

 

Skop: 

Iqaddes il-membri tiegħu u bl-għajnuna ta’ Sidtna Marija jfaħħru l-Mulej u jwassluh lill-bnedmin.

 

Attività:     

Laqgħa nhar ta’ Ħamis fix-Xitwa fil-5.00pm u fis-Sajf fis-5.45pm; Appostolat: Kuntatti u żjajjar fil-familji billi jwasslu l-istatwa tal-Madonna u jħajru għall-konsagrazzjoni tal-Qalb ta’ Ġesù u ta’ Marija; reċita tar-Rużarju, żjajjar lill-morda fl-isptarijiet u fid-djar, kuntatti personali u jwettqu xogħol ieħor imqabbda mill-Kappillan.

 

Presidenta:

Maria SPITERI

Tel. 21829204

Direttur Spiritwali:

Sr. Eugenie GHIRLANDO

 

 

mur lura

 

 

 

MIXJA NEOKATEKUMENALI

 

Bħalma fil-Knisja Ewlenija l-formazzjoni tal-fidi kienet tiżviluppa fi tlett fażijiet fundamentali (Kerigmatika, Kateketika u Omeletika), hekk in-neokatekumenat  jipproponi jiftaħ fil-qalb tal-Parroċċa mixja kateketika fejn l-adulti jiġu mogħtija l-possibiltà jerġgħu jiskopru l-fidi tagħhom.  Din il-mixja tinbena fuq it-trepied tal-Kelma t’Alla, l-Ewkaristija u l-Komunità.  Bdiet fil-Parroċċa fl-1993.

 

Jiltaqgħu fil-Knisja ta’ Santa Ubaldeska jew fis-Sala Parrokkjali l-Ġdida:

Nhar ta’ Tlieta: Liturġija tal-Kelma  (It-Tieni Komunità)

Nhar ta’ Erbgħa:  Liturġija tal-Kelma  (L-Ewwel Komunità)

Nhar ta’ Sibt:  Ċelebrazzjoni Ewkaristika.

 

Katekisti Responsabbli mill-Mixja fil-Parroċċa:

Lino u Rita SULTANA

Tel. 21672792

     

Responsabbli ta'

l-Ewwel Komunità:

Joe u Anna EBEJER

Tel. 21661486

Responsabbli tat-

Tieni Komunità:

Mario u Carmen CACHIA  

Tel. 21822585

 

mur lura

 

 

 

GRUPP ADORAZZJONI BIL-LEJL / TALB GĦALL-VOKAZZJONIJIET FIL-FAMILJI

 

Skop 1: Talb għall-Qdusija tal-Kleru.

 

Attività:  

Grupp ta’ nies kull tieni Sibt tax-xahar jingħaqdu ma’ membri oħra minn Malta kollha fl-Adorazzjoni li ssir f’Parroċċi differenti. Tluq bil-private fit-8.30pm minn quddiem il-Knisja.  Quddiesa tibda fl-9.45pm u tkompli bl-adorazzjoni sa nofs il-lejl.

 

Skop 2: Talb għall-Vokazzjonijiet.

 

Attività:  

Quddiesa w Adorazzjoni fis-Seminarju kull l-ewwel Ħamis tax-xahar.  Tluq bil-private fit-8.30am minn quddiem il-Knisja.

 

Persuna nkarigata:

Ms. Giusa ELLUL                          Tel. 21697229

 

mur lura

 

 

 

GRUPP TA’ TALB — ‘FEJN L-AĦWA JILTAQGĦU FLIMKIEN’

 

Jiltaqgħu fiċ-Ċentru Agape.

 

Skop:     Grupp li fih jitgħallmu jfaħħru lil Alla bil-kant u bil-fomm.  Tagħlim fuq il-Bibbja.

 

Attività:

Laqgħa nhar ta’ Ġimgħa fis-6.30pm u adorazzjoni nhar ta’ Ħamis mid-9.00 sal-10.00am fil-Kappella tal-Mużew tal-Bniet.

 

Leader:

 Rita ABELA   

Tel. 21696772

Direttur Spiritwali:

Mons. Edgar ATTARD

 

 

mur lura

 

   
 

 

GRUPP TA’ TALB — SAN PADRE PIO

(Grupp Kristu Re, Paola)

 

Skop:

Il-grupp jimxi skond il-kariżma ta’ Patri Piju, li dejjem insista li jkun hemm il-gruppi biex jitolbu flimkien.  Il-grupp iħeġġeġ lin-nies sabiex ikunu aktar devoti ta’ Patri Piju u meta jistgħu, jirreċitaw ir-Rużarju u jagħtu eżempju tajjeb.

 

Jiltaqa’ l-aħħar Ħamis ta’ kull xahar fil-Kappella tal Mużew tal-bniet fil 5:30 pm.

 

 

Responsabbli:

Ċettina Tirchett

Tel. 79964847

Segretarja:   

Joyce PACE  joypac5@maltanet.net

Tel. 21805821

 

mur lura

 

   
 

 

GRUPP TA’ TALB — ADORAZZJONI U TAGĦLIM

 

Jiltaqa’ kull nhar ta’ Erbg]a bejn id-9.00 u l-10.00am fil-Kappella tal-Mu\ew tal-bniet.

 

Leader:

 Esther FARRUGIA SERRACINO  

Tel. 21824368/7982436

     
 

 

APPOSTOLAT TAL-ĦNIENA DIVINA

 

Festa tal-Ħniena Divina, fl-Ewwel Ħadd ta’ wara l-Għid fl-4.30 pm

 

Responsabbli:

Ms. Maria Teresa CARABOTT

Tel. 21678611

 

Adorazzjoni kull nhar ta’ Tnejn mid-9.00 sa l-10.00am fil-Kappella tal-Mużew tal-bniet, u kull l-ewwel Tnejn tax-xahar mid-9.30 sal-10.00am u kull nhar ta’ Ġimgħa mill-10.30 sal-10.45am fil-Knisja Parrokkjali.

 

Responsabbli:

Josephine SCICLUNA

 

 

Maria Teresa CARABOTT

Tel. 21678611

mur lura

 

 

 

RUŻARJU ĦAJ

 

Kull l-ewwel Sibt tax-xahar fil-Knisja fil-5.00 pm.  Jingħad mill-membri tal-għaqda.

 

Responsabbli:

Maria Teresa CARABOTT  

Tel. 21678611

 

Evelyn McCARTHY   

Tel. 21697309

 

mur lura

 

   
 

 

ŻONA GĦAJN DWIELI - KNISJA SANT' ANTNIN

Triq Kordin, Paola PLA 9038

Tel. 21828157

 

ATTIVITAJIET

 

Eżerċizzi tar-Randan għal kulħadd.

Via Sagra fil-knisja nhar t’Erbgħa u nhar ta’ Ġimgħa.

Funzjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa.

Kwaranturi: L-Erbgħa, l-Ħamis u l-Ġimgħa ta’ wara l-Milied.

Festa ta’ Sant’Antnin f’Ġunju.

Festa ta’ San Franġisk: L-ewwel Sibt wara l-4 t’Ottubru.

Festa tal-Milied.

 

 

L-ORDNI FRANĠISKAN SEKULAR

 

L-aħwa jagħmlu n-novizzjat u wara l-Professjoni jwegħdu li jgħixu fuq il-mudell ta’ San Franġisk.

Jiltaqgħu l-ewwel u t-tielet Erbgħa ta’ kull xahar fil-knisja ta’ Sant’ Antnin.

Direttur: Patri Lawrenz BRIFFA OFM Cap.               

 

 

GRUPP TIĠDID KARIŻMATIKU

‘MARIJA OMM ALLA’

 

Għan:   

Għixien ta’ ħajja nisranija fl-Ispirtu, ‘Niżżlu l-għeruq fih, u nibnu l-ħajja tagħna fuqu, nissaħħu fil-fidi’ Kol. 2: 7.

 

Post:     

Knisja ta’ Sant’Antnin, Għajn Dwieli.

 

Ħidma: 

Laqgħa ta’ talb kull nhar ta’ Tnejn fis-7.30pm, li jista’ jattendi għaliha kulħadd.  F’dawn il-laqgħat infaħħru ’l Alla bil-kant u bil-fomm, naqsmu l-Kelma t’Alla flimkien u nisimgħu tagħlim li jħeġġiġna fil-Fidi Nisranija.  Flimkien niffurmaw komunità fejn inservu ’l xulxin u ’l-parroċċa.

 

Service Team:

Jane ATTARD

Tel.21696727

jane.attard44@gmail.com

Marlene DEGIORGIO

Tel.21896123

parousia03@gmail.com

Patrick u Rose GRIMA

Tel.21697076   

 

 

 

KOR LAUDATE DOMINUM

 

Jieħu ħsieb ikanta fil-knisja ta’ Sant’Antnin.

Provi fil-knisja ta’ Sant’Antnin kull nhar ta’ Tlieta fis-7.00pm.

 

 

GRUPP ABBATINI

 

Grupp ta’ subien u bniet li jaqdu b’reqqa d-dmirijiet tagħhom fuq     l-artal bħala abbatini.  Laqgħa kull nhar ta’ Ġimgħa fl-4.30pm     fil-kunvent tal-Patrijiet.

Jieħu ħsiebhom: Patri Mario BORĠ OFM Cap.

 

mur lura